|
Fil-biċċa l-kbira tagħha, apparti mill-pjanura tal-Po fir-reġjun ta’ l-Emilja-Romanja, l-Italja hija pajjiż muntanjuż li jestendi mill-Alpi saċ-ċentru tal-Baħar Mediterran. Fi ħdanha hemm ukoll il-gżejjer ta’ Sqallija, Sardinja, Elba u xi 70 gżira oħra iċken minnhom. Imdawrin kollha kemm huma mit-territorju peninżulari Taljan, insibu żewġ stati indipendenti ċkejknin: il-Belt ta’ Vatikan f’Ruma, u r-Repubblika ta’ San Marino. L-Italja għandha parliament b’żewġt ikmamar, li jikkonsisti fis-Senat (Senato della Repubblica) jew kamra superjuri u l-Kamra tad-Deputati (Camera dei Deputati). L-elezzjonijiet isiru darba kull ħames snin. L-oqsma ekonomiċi ewlenin tal-pajjiż huma t-turiżmu, il-moda, l-inġinerija, il-kimiċi, il-vetturi u l-ikel. L-Italja hija membru tal-grupp ta’ pajjiżi industrijalizzati magħruf bħala l-G8 u hija s-seba’ l-akbar ekonomija fid-dinja. Ir-reġjuni tan-naħa ta’ fuq ta’ l-Italja, ras imb’ras, huma fost l-aktar sinjuri fl-Ewropa. Wara li diġà kienet iċ-ċentru ta’ l-imperu vast Ruman li ħalla warajh patrimonju arkeoloġiku, kulturali u letterarju ferm qawwi, il-peninżula Taljana rat il-bidu ta’ l-umaniżmu medjevali u r-Rinaxximent. Dan kompla għen biex il-ħsieb politiku, il-filosofija u l-arti Ewropej ħadu surithom permezz ta’ personaġġi bħal Machiavelli, Dante, Leonardo u Galileo. Il-lista ta’ artisti famużi Taljani hija waħda twila, u tinkludi lil Giotto, Botticelli, Leonardo, Michelangelo, Tintoretto u Caravaggio. Dan il-pajjiż tana wkoll kompożituri ta’ l-opri bħal Verdi u Puccini u d-direttur tal-films Federico Fellini. Il-kċina Taljana hija fost l-aktar raffinati u varjati fl-Ewropa, mit-togħmiet pikkanti ta’ Napli u l-Kalabrija, sal-platti tal-pesto Ligurjani u dawk abbażi tal-ġobon u r-riżotto ta’ l-Alpi Taljani. |
Tag Archive for 'Unjoni Ewropea'
L-Istati Membri ta’ l-UE
Is-sena li fiha ssieħbet fl-UE: Membru oriġinali
Is-sistema politika: Repubblika
Il-Belt Kapitali: Ruma
Daqs: 301,263 km²
Popolazzjoni: 57.3 miljun
Munita: euro
I l-lingwa uffiċjali ta’ l-UE: It-Taljan
Malta hija magħmula minn grupp ta’ gżejjer fil-Baħar Mediterran L-akbar tlieta fosthom biss, jiġifieri Malta, Għawdex u Kemmuna, huma abitati. L-art hija baxxa u ġeblija bi rdumijiet kostali.
Malta, bil-pożizzjoni tagħha fil-qalba tal-Mediterran, hija għaġna ta’ ċiviltajiet bi storja twila li teħodna lura eluf ta’ snin. Malta ilha abitata minn xi 5200 qK u sa minn qabel ma waslu fiha l-Feniċi li laqqmu l-gżira ewlenija Malat, jiġifieri port kenni, diġà kienet teżisti ċiviltà preistorika sinifikanti f’dawn il-gżejjer. Aktar tard, il-gżejjer servew għal sekli sħaħ bħala l-kwartieri ta’ l-Ordni tal-Kavallieri Ospidallieri ta’ San Ġwann u mbagħad bħala parti mill-Imperu Brittaniku. Il-pajjiż sar indipendenti fl-1964.
Il-gvern Malti jitmexxa mill-kap tal-partit li jġib il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti unikamerali.
Il-lingwa nazzjonali hija l-Malti, imma l-Ingliż huwa rikonoxxut bħala lingwa uffiċjali u bosta Maltin jafu jitkellmu wkoll bit-Taljan.
It-turiżmu huwa importanti għal Malta, imma hemm ukoll settur tas-servizzi li kull ma jmur qed jikber.
L-ikel tradizzjonali Malti jinkludi s-soppa (minestra jew aljotta), l-għaġin u t-torti. Il-platti bil-ħxejjex jew il-laħam mimli huwa tipiċi għall-kċina Maltija. L-istuffat tal-fenek nistgħu nsejħulu l-platt nazzjonali.
L-Unjoni Ewropea taf il-bidu tagħħa bħala għaqda bejn sitt pajjiż produtturi tal-faħam u l-azzar. Din kibrek u kompliet tiżviluppa matul is-snin billi ssieħbu magħha disa’ pajjiżi oħra sa l-1995. Fl-2004 ingħaqdu magħha għaxar pajjiżi oħra, fosthom Malta. S’issa l-Unjoni Ewropea hi
magħmula minn 27 pajjiż.
miktub minn Isaac Fava
Aħna l-istudenti tal-ħames sena fl-iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien li tagħmel parti mill-Kulleġġ Sir Tumas More. Aħna se niktbu fuq il-pajjiżi ta’
l-Unjoni Ewropea.
miktub minn Melson Camilleri









