It-torri ta’ San Luċjan inbena fis-sena 1610 mill- granmastru Wignacourt. Hu semmieh San Luċjan bħala unur għal qaddis patrun tal- knisja ,fi Franża fejn hu kien ġie mgħammed . Saret iċ-ċerimonja u t-torri san Luċjan fil-11 ta’ Lulju 1611 ġie msaħħaħ bil-armi. Il- bini tat- Torri sar mill- perit Vitor Cassar tlessta fis- sena1666. Issa l-port ta’ Marsaxlokk keha fortiżża lesta biex tilqa kull sfida. Daqs nofs mil’bogħod minnu l-granmastru bena wkoll dar fejn fiha kienu jżommu ż-żwiemel. Din ġiet msejħa Torri kavalerizza u għadha hemm sal-lum. It-torri San Luċjan inbena għax meta spiċċa l-Assedju tal-1565 il-kavallieri ta’ San Ġwann ħassew il- ħtieġa kbira li l- port ta’ Marsaxlokk jiġi ffortifikat u mħares sew mill-attakki. Fis 6 ta’ Lulju 1614 it-torri Ta ‘San Luċjan ġie sfidat mill-għedewwa. It-Torok ippreparw jidħlu Marsaxlokk. Ali Paxa kellu l-ħsieb jiżbarka Marsaxlokk u minn hemm jibqa’ sejjer iż-Żejtun, iżda kif l-ewwel xini tiegħu daħal Marsaxlokk. It-torri San Luċjan fetħu n-nar. Il- kmand Tork induna b’dan u dawwar il-flott torka għal – bajja ta’ San Tumas. Wara li spiċċat il- ġwerra it-torri San Luċjan ngħalaq u dam żmien twil. Iżda maż-żmien xi ħadd gieħ ħsieb li jagħmluh ċentru fejn jkabbru l-ħut. Anzi l-ħut jġibuħ bajd minn barra minn Malta u jfaqqsuh hemmhekk fil-laboratorju. Għandhom bosta speċi fosthom l-akbar imkabbra huma l-awrat,l-ispnott u ċ-ċarvjola. Il-ħut jinbiegħ kemm f’Malta u anke jesportawh speċjalment l-Italja. It-torri ta’ San Luċjan sar ċentru ta’ l-akwakultura.
Josef Curmi











