Tag Archive for 'bears'

Diskursata bejn l-ors koala u l-ors panda

koala-panda-talkingkoala-bear1tn_th_panda8511

bears poster

doc1htm

Djalogu bejn ors Koala u ors Grizzly li qegħdin ġo zoo.

tn_1474pandaw1Koala:     L-għodwa t-tajba, annimal sabiħ.  Int x’jismek?

 

Grizzly:  Lili l-bnedmin igħiduli ors Grizzly, u int?

 

Koala:     Jiena ors Koala. Inti fejn kont toqgħod?

 

Grizzly:  Qabel ma ġejt hawn jien kont noqgħod ġo foresta kbira mhux ħażin.   Int minn fejn ġej?

             

 

Koala:     Jiena kont noqgħod fl-Awstralja. 

 

Grizzly:  Int x’tiekol?

 

Koala:     Jien niekol il-weraq ta’ l-”eucalyptus”.  Niekol xi nofs kilo weraq kuljum, u int?

              

 

Grizzly:  Jien ma nikolx weraq biss imma nħobb niekol il-laħam, ħaxix u anke ħut.  Nixrob ħafna ilma.  Meta kont fil-foresta  kont niekol xi għasel li nsib mas-siġar u naqbad il-ħut mix-xmajjar.

                 

Koala:     Illajs kemm tiekol int!  Jien ma nixrobx ilma għax l-ilma li għandi bżonn nieħdu mill-weraq tal-”eucalyptus”. 

               

Grizzly:  Xi dwejjaq hawn fil-gaġġa?  Aħjar fejn konna, x’taħseb?

 

Koala:     Fejn kont ngħix jien, kien ikun hemm ħafna nar speċjalment fis-Sajf għax isir ħafna vandaliżmu.  Ikun hemm in-nies u jqabbdu n-nar u aħna dalwaqt ninqerdu.  Mhux veru?

               

             

 

Grizzly:  Għandek raġun. Mela minħabba f’hekk qegħdin iz-zoo.  Aħna wkoll jaqbduna ħafna nies.  Nafu nkunu feroċi u nattakkaw  anke n-nies jekk idejquna.  Aħna nikbru ħafna, iktar mill-bnedmin.

              Koala:     Aħna nibqgħu żgħar.  Ara, ġejjin in-nies ikuna nieklu.  Oqgħod kwiet!

 

Grizzly:  Iva, veru sewwa qed tgħid.  Ejja nieklu, imbagħad inkomplu niddiskutu wara. Kemm għandi ġuħ!

                                                                                                                   

                                                                                                                                 Jean-Paul Vella – Year 5B

 

Ors Panda u Ors Grizzly

tn_giant_panda1Ors panda: Bonġu grizzly!

Ors grizzly: Bonġu panda! Kif int dalgħodu?

Ors panda: Tajjeb grazzi, għadni kemm qomt minn raqda                                 tajba. U int?

Ors grizzly: Jien ukoll għax ma kellix aptit inqum.

Ors panda: Trid immorru nsibu x’nieklu.

Ors grizzly: Iva għax qomt bil-ġuħ.

Ors panda: Ara dik siġra tajba għall-ikel, fiha weraq aħdar u sbieħ.

Ors grizzly: Veru weraq sabiħ. Jien se nersaq lejn ix-xmara forsi naqbad xi ħuta.

Ors panda: Iva mur, issa niġi x’ħin niekol.

Ors grizzly: Owkey imbagħad noqogħdu nilagħbu flimkien.

 

Wara ftit tal-ħin l-ors u l-panda reġgħu ltaqgħu.

 

Ors panda: Grizzly qbadt xi ħuta?

Ors grizzly: Iva qbadt tnejn u kilthom ukoll.

Ors panda: Immorru nilagħbu issa jew baqagħlek il-ġuħ?

Ors grizzly: Biżżejjed, imxi niġru ħalli jinżlilna l-ikel.

Ors panda: Kemm sar ħin grizzly!

Ors grizzly: Indunajt għax erġajt fjakkajt.

Ors panda: Anke jien. Issa nieklu ikla u norqdu raqda.

Ors grizzly: Iva hekk nagħmlu.

Ors panda: Sejjer, narak wara li nqum. Saħħa!

Ors grizzly: Narak, saħħa!

 

 

 

 

 

 

 

Yanica Bugeja

Djalogu bejn Ors Koala u Ors Grizzly Jurgen Busuttil

tn_fswcr3_09_06211Ors Koala: Bonġu ors Grizzly!  Kif qomt dalgħodu?

 

 

Ors Grizzly:  Bonġu Ors Koala, Jiena qomt mhux ħażin   

                       dalghodu.

 

Ors Koala:  X’ġurnata sabiħa ħarġet lum.

 

Ors Grizzly:  Ħutek kif inhuma?  Illi daqsxejn ma narahom.

 

Ors Koala:  Mhux Ħazin.  Dan l-aħħar ħija Drew kien daqxejn ma jiflaħx.

 

Ors Grizzly:  Issa kif inhu?  Għaddielu xi naqra?

 

Ors Koala:   Issa kollox għada b’wiċċ l ġid u Drew reġġa ingħaqad magħna.

 

Ors Grizzly:  Ara kemm fraħħtu bih x’ħin erġajtu rajtuh lura magħkhom   mela?

                        

Ors Koala:   U żgur fraħna bih ħafna, il-għaliex konna qegħdin nibżgħu li   mhux se nerġgħu narawh, għax kien ma jiflaħx ħafna.

                     

Ors Grizzly:  Xi ħlew xi ġmiel ta’ familja magħquda.  Aħna dan l-aħħar kollha nfridna, lil ħadd m’għadni nara.

                        

Ors Koala:   Jiddispjaċini li m’ għadkhomx tiltaqgħu forsi ma ddumx ma tarġa` tarahom.

 

 

Ors Grizzy:  Min fommok ’l Alla jaħasra kemm nixtieq insir naf x’sar   minnhom, imma hawn tant hu kbir li impossibli li

 nerġgħu  niltaqgħu isa.  Sellili ħafna għal ħutek.

                       

Ors Koala:  Inservik!  Nawguralek li ma ddumx ma tiltaqa’ ma ħutek.  Saħħa Ors Grizzly

                    

 

Ors Grizzly:  Saħħa Ors Koala. IL-vjaġġ it-tajjeb. tn_7_05_9390a1

Bear drawings by Nicole Cutajar

bears-008compressed1

Bear drawings by Delaney Debono 5B

bears-007compressed

Drawing of a bear Monique Azzopardi 5B Rabat

bears-006compressed1

Bear drawings by Pamela Tanti

drawing

drawing

Drawing of a panda -Julia Falzon

Panda

Panda