Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Akwakultura.
Il-Ġimgħa li għaddiet morna ħarġa ma’ tal-iskola.Aħna morna ċ-ċentru tal-Akwakultura li jinsab ġewwa Marsaxlokk.Tlaqna fid-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu u wasalna hemmhekk għall-ħabta tad-disgħa.X’ħin dħalna urewna “DVD” fuq l-Akwakultura .Kien jitratta fuq it-trobbija tal-ħut.Huma jieħdu ħsieb ħafna ħut marid u wara li jfiqu jerġgħu jitfgħuhom fil-baħar.Barra minn hekk irabbu ħafna Awrat u wara li jfaqqsu u jkollhom il-frieħ,il-frieħ jitimgħuhom ir-ratifers.Wara tliet ġimgħat jibdew jitimgħuhom l- Armitja.Wara rajna “DVD”fuq il-lampuki.Tgħallimna kif jinqabdu l-lampuki u wara li jinqabdu jeżaminawhom fil-laboratorju.Fl-aħħar morna naraw l-“aquariums”.Aħna ħadna pjaċir ħafna!
Gabriella Debono














