Archive for the '5 Orchids' Category

Il-Festa tar-Rahal

Il-festa ta’  San Gwann hi ddedikata lill-Madonna ta’ Lourdes u ssir fl-ewwel Hadd t’ Awissu.   Fil-granet ta’ qabel il-festa, il-knisja tkun imzejna u fit-toroq jarmaw il-pavaljuni u d-dawl.   Il-banda ddoqq fit-toroq madwar ir-rahal u meta tkun ghaddejja l- banda, it -tfal  jitfghu l-karti mill-bjut u l-gallariji. Il-qubbajt hu l-ikel  tradizzjonali tal-festa u fil-pjazza tar-rahal ikun hemm il-bejjiegha tal-qubbajt.  Dak in-nhar tal-festa johorgu  l-vara  tal-Madonna  ta’ Lourdes u waqt  il-purcissjoni, il-banda takkumpanja l-vara madwar it-toroq  principali tar-rahal. Fil-granet ta’ qabel il-festa u dak in-nhar tal-festa jkun hemm il-marci.  Fil-pjazza jkun hemm il-loghob tan-nar (il-giggifogu.) Waqt li tkun  hierga l-vara tal-Madonna u waqt li tkun diehla il-vara jisparaw il-murtali.   L-ghada tal-festa kulhadd imur ghax-xalata.

Kayleigh Bugeja (5 Orchids), Isaac Grech (5 Orchids), Kim Lia  (5 Orchids), Miguel Pace (5 Orchids), Dale Vella (5 Orchids).

Drawwiet tal-Milied

Drawwiet tal-Milied

·        Il-Milied jigi fil-25 ta’ Dicembru u jfakkarna fit-twelid ta’ Ġesu Bambin.

 

 

          

                       new-picture

It-twelid ta’ Ġesu Bambin.

 

 

·        Ġeneralment fit-8 ta’ Dicembru, in-nies jizirghu l-gulbiena. Din ipogguha x’imkien fid-dlam u jsaqquha kull jumejn. Meta tikber, ipogguha hdejn Ġesu Bambin fid-djar jew fil-knejjes.

 

 

new-picture-11 

Iz-zerriegha tal-gulbiena.

 

 

 

 

·        Narmaw il-presepju bil-grotta, il-Madonna, San Ġuzepp, Ġesu fil-maxtura u xi pasturi ohra. Ikun hemm ukoll xi prespji ghal-wiri.

 

new-picture-2

Il-presepju bil-grotta

  

 

·        Lejliet il-Milied immorru l-quddiesa ta’ nofs il-lejl, nisimghu l-priedka minn xi tifel jew tifla u nkantaw innijiet tal-Milied. Niehdu sehem ukoll fil-purcissjoni b’Ġesu Bambin u nkantaw ghanjiet sbieh tal-Milied.

 new-picture-3

Il-quddiesa ta’ nofs il-lejl

 

 

·        Narmaw is-sigra tal-Milied

 new-picture-4

Sigra tal-Milied

 

 

 

·        Inzejnu d-dar u t-toroq.

 new-picture-5

Inzejnu d-dar u t-toroq.

 

 

·        Nibaghtu kartolini.

 

new-picture-6

Nibaghtu kartolini.

 

 

 

·        Naghtu u nircievu r-rigali.

                                new-picture-7

Naghtu u nircievu r-rigali.

 

·        L-ikla tradizzjonali tal-Milied hija d-dundjan. Nsibu wkoll il-qaghaq ta’ l-ghasel, il-Christmas pudding, il-Christmas cake u l-mince pies.

 

                      new-picture-81                               

      dundjan                        

new-picture-91

 Qagħaq ta’ l-Għasel    

  

 

new-picture-111

Mince Pies

        

 

Year 5 Orchids

San Gwann Primary B

 

Santa Marija

Santa Marija

Il-Festa ta’ Santa Marija tigi fil-15 t’Awissu u hija l-festa tat-tlugh tas-sena tal-Madonna.  F’din il- festa nfakkru meta f’Malta kien hawn guh kbir.  Convoy li telaq mill-Ingilterra,  gie attakkat mill-Germanizi u t -Taljani .  Il- Maltin talbu lill-Madonna u fil-15 t’Awissu il- Convoy ‘Ohio‘ dahal Malta kwazi mgharraq.  Il-festa ta’ Santa Marija  hija festa nazzjonali u f’Malta u Ghawdex isiru tmien festi.  Dawn isiru fil-lokalitajiet tal-Gudja , Hal-Ghaxaq, il-Mosta, Had-Dingli, l-Imqabba, il-Qrendi, H’ Attard u r-Rabat (Ghawdex).  Fir-Rabat Ghawdex isiru t-tigrijiet taz-zwiemel.

Rebecca Bezzina (5 Orchids), Nicholas Borg (5 Orchids), Matthew Cassar (5 Orchids), Leander Lanzon (5 Orchids)

Il-Karnival

Il-Karnival

Il-karnival jigi qabel ir-Randan.  Il-karnival  jibda  Giovedi   Grass  u jispicca  t-Tlieta  fil-ghaxija.  Il-karnival bdewh il-Kavallieri ta’  San Gwann u ilu jezisti mis-snin   1400.  Is-Sibt tal-Karnival issir il-Parata li hija zifna bix-xwabel ta’ l-injam biex tfakkar ir-rebha tal-Maltin fuq it-Torok  fl-1565 (l-Assedju  l-kbir).   Fl-antik  kienu  jsiru  hafna  ballijiet  tal-karnival fit-Teatru  Manoel u f’ teatri  ohra.  Fil-ballijiet tal-Karnival bdiet iz-zifna tradizzjonali ‘Il-Maltija’.  Il-belt jidhlu hafna nies,kbar u zghar, libsin kostumi biex jaraw il-karrijiet kbar imzejnin u biex jaraw  iz-zfin.  Il-helu tradizzjonali fi zmien il-karnival huma l-perlini u l-prinjolata.

Alessia Allen (5 Orchids),  Britney Buttigieg  (5 Orchids), Phelixianne Rapa (5 Orchids), Edera Spiteri  (5 Orchids)

L-Imnarja

L-Imnarja

Fl-Imnarja niccelebraw il-festa ta’ San Pietru u San Pawl.  Din il-festa niccelebrawha fid-29 ta’ Gunju u hija festa pubblika.  Dak in-nhar tohrog purcissjoni mill-Katidral ta’ l-Imdina ghall -grotta ta’ San Pawl tar-Rabat.  Fil-lejl  tat-28 ta’ Gunju bosta Maltin imorru harga sal-Buskett li jkun mixghul bid-dawl u fjakkli.  Il-bdiewa jtellghu bosta prodotti argikoli u annimali ghall-wirja.  Fil-gurnata propja ta’ l-Imnarja jsiru t-tigrijiet taz-zwiemel is-Saqqajja, ir -Rabat.

Amy Galea (5 Orchids),  Anthea Grioli (5 Orchids),  Kyle Mizzi (5 Orchids), Brandon Spiteri (5 Orchids).

Easter

1-      On Easter weekend those of the Christian faith (Catholics, Orthodox, Protestants, Anglicans, Baptists…) celebrate the crucifixion and the resurrection of Jesus Christ.

2-      In the past, the Easter Sunday was generally reserved for the baptism of a large number of catechumens. Also, the council of Lateran (1215) ordered that those who reached the age of reason had to take the Holy communion at least once a year (in French “faire ses Pâques”).

3-      So Easter is the most important Christian celebration of the year.

4-      In Romance languages, Pâques or Pascua… is derived from the Greek word “Pascha”.

5-      In the Germanic languages, “Easter” - also called “Pascha” - was taken from “Eastre”, the Saxon goddess associated to the Spring. Indeed, many years ago, the Saxons celebrated the god of the Spring, called “Eostre” and held festivals every year to celebrate the Spring Equinox, when the day and the night were equal length.

6-      These festivals were celebrated to ensure fertility across both the land and people.

7-      The Saxons converted to Christianity and the name of their celebration became “Easter” in order to celebrate both the Spring and the religious Pascha times. The idea behind the two occasions is different, but they share common symbols and traditions that people still use today.

8-      Briefly explained, the Christian Easter occurs as follows: the first Sunday after the full moon that follows the spring equinox (according to the Gregorian calendar). Except for the Orthodox church that still refers to the Julian Calendar (13 days behind the Gregorian calendar).

9-      The use of eggs in celebration existed long before our modern day observance.

 

Dale Vella

Year  5 Orchids


Drawwiet ta’ l-Ghid

Ahna t-tfal tal-Year 5 Orchids se niktbu dwar drawwiet Maltin.

Drawwiet ta’ l-Ghid

L-Ghid hija l-festa tal-knisja u tfakkarna fil-Qawmien ta’ Gesu.  Qabel l-Ghid ikollna erbghin jum tar-Randan.  Matul il-Gimgha Mqaddsa jsiru l-wirjiet ta’ l-imwejjed ta’ l-appostli biex ifakkru l-Ahhar Cena.  Il-purcissjoni tad-Duluri tqajjem  devozzjoni kbira fost l-insara.  F’Hamis ix-Xirka jarmaw is-Sepulkru u wara l-funzjoni jibdew is-Seba’ Visti.  Fil-Gimgha l-Kbira ssir il-purcissjoni bil-vari li juru xeni mill-Passjoni ta’ Gesu.  Fl-Ghid il-Kbir tohrog il-purcissjoni ta’ Kristu Rxoxt.  Hemm id-drawwa li jigru bl-istatwa f’xi rhula.  L-ikla tradizzjonali hija l-haruf.  Il-helu tradizzjonali huma l-figolli u l-bajd tac-cikkulata.  It-tfal johorgu bil-figolli u l-bajd ta’ l-Ghid biex il-qassis iberikhom qabel jiekluhom. 

Year 5 Orchids

Multicultural Exchange

We will talk about Celebrations

5 Orchids