Archive for the 'Year5.2 A' Category

Mi chiamo…

Mi chiamo Stuart.

Il mio congome e` Borg.

Ho dieci anni.

Il mio compleano e` il

quattordici dicembre.

birthday-cake21

l-awrata

dscf23961

 

L-iktar ħuta li laqtitni fiċ-ċentru ta’ l-Akwakultura, fit-torri San Luċjan hija l-awrata.  L-awrata hija ħuta pjuttost tonda u qasira.  Hija ħuta sustanzjuża għax hija mingħajr xaħam.  Għandha snienha żgħar fuq quddiem ta’ ħalqha li bihom tgerrem u tkisser bebbux u koċli żgħar.  Tgerrem ukoll ix-xbiek tal-fishfarms u minħabba f’hekk spiss taħrab.  Waqt iż-żjara fiċ-ċentru ta’l- akwakultura tgħallimt ħafna spċjalment kif tiġi mrobbija l-Awrata u wara anke tiġi esportata lejn pajjiż barrani.

 

Marbeck Muscat

IL-QARNITA LI RAJT FIĊ- ĊENTRU TA’ L-AKWAKULTURA.

 

Meta morna fiċ-ċentru ta’ l-Akwakultura rajt qarnita u laqtitni ħafna.  Il-qarnita laqtitni ħafna għax qagħdet titla’ ma’ l- akkwarjum daqs li kieku riedet tgħidilna “Intom min intom”.  Il- kulur tagħha kien kannella u abjad ċar.  Il- qarnita kienet ftit ħoxna.  F’ħin minnhom bdiet titfa’ ħafna inka.  Il-qarnita kienet madwar tletin ċentimetru iżda naf li hemm xi qarnit li jikbru ħafna. Ħafna sajjieda jaqbdu l-qarnita biex jikluha.  Meta mmur fis- suq kemm il-darba rajt qarnit għall- bejgħ iżda kont għadni qatt ma rajt waħda, ħajja bħalma rajt dakinhar li mort fiċ-ċentru ta’ l-Akwakultura.

 

Raisia Said

Year 5.2

kuji-aquarium-octopus-5-large

Starfish

 dscf2393

 

Jien u Stuart hemm  annimal  tal-baħar  li  jolqotna  ħafna   u din  hija  l-istarfish .  Aħna  rajna    l-istarfish  fiċ-ċentru ta’  l-Akwakultura  u  tgħidx kemm  kienet  ħelwa. Allura jien u Stuart  ddeċidejna  li  nfittxu  fuqha.  L-istilla  tal-baħar  ħadet  dak  l-isem  għax  din  il-kreatura   għandha  forma   ta’  stilla.  Hemm  kuluri  differenti. Starfish  għandha  ħames  saqajn  u  kapaċi  tkun  ċatta  u  mbagħad titla’ fuq  saqajha   u  tibda  timxi bil-mod . Meta  morna t-torri ta’ San Luċjan rajnieha  fl-akkwarju . Din kienet ta’ kulur aħmar u tgħidx kemm ħadna  pjaċir x’ħin  bdiet  timxi . Ħaġa  stramba  hi li meta  titlef  sieq  terġa  ttella’  oħra.

 

Luana Cutajar  u Stuart Borg 

L-AKKWARJU

Din is-sena l-għalliema tal-year 5B iddeċidiet li nagħmlu akkwarju.  L-għalliema  qaltilna li jiena, Sheldon, Ryan, Bradley u Gordie kellna nagħmlu akkwarju.  Aħna bdejna naħsbu u naqsmu l-ideat.  L-għalliema ġabitilna akkwarju vojt, ġebel, ħut tal-plastik,  ‘soft toys’ li għandhom x’jaqsmu mall-baħar u kartonċina bluna.  L-ħut tal-plastik għamilnihom fuq il-kartonċina bid-double sided tape.  Domna naqra għax xi wħud bdew jaqgħu.  L-ħut (soft toys) għamilnihom ġo l-akkwarju, taħthom poġġejna l-ġebel, bebbux u arzell.  Aħna ħadna pjaċir nagħmluh u x’ħin inħares lejh niftakar fit-torri ta’ San Luċjan.

 

Sheldon Camilleri u Nicholas Baldacchino

Year 5.2

 

L-idea ta’ l-akkwarju

Wara li aħna morna ċ-ċentru ta’ l-Akwakultura, jien u erbgħa oħra minn sħabi ġietna idea li fil-klassi nagħmlu akkwarju.  Bdejna naħsbu, u qbilna li ma nagħmlux bil-ħut ta’ veru, għax inkella minn kien se jieħu l-ħut fil-vaganzi tas-sajf! Ġibna akkwarju vojt, u wara li żbajna ċ-ċagħak, bebbux u ġebel bin-nail polish trasparenti, poġġejnihom fl-akkwarju flimkien ma’ żewġ toys ta’ ‘The little mermaid’.  L-għalliema xtrat żewġ karti blu skur u għamilniehom taparsi l-baħar.  Fl-aħħar waħħalna l-ħut bid-double sided tape.  L-akkwarju ġie sabiħ immens u ħadna gost ħafna nagħmluh flimkien.

 

Bradley Cassar

Year 5.2

dscf23912

L-AKKWARJU TAL-KLASSI

dscf23581

 

Din is-sena l-għalliema tiegħi iddeċidiet li nagħmlu akkwarju fil-klassi biex insebbħu l-klassi.  L-għalliema sabet erbat itfal biex jagħmluh.  Dawn kienu Ryan, Bradley, Sheldon, Nicholas u Gordie.  Mela l-ewwel bdejna billi ħriġna iċ-ċagħaq li kien hemm u żbajniehom bi kjutiks trasparenti.  Żbajna wkoll xi arzell u bebbux.  L-għada bdejna niddissinjaw kif ħa nqegħduhom fl-akkwarju.  Aħna kellna ċans biss wara li lestu mill-school work.  Fl-aħħar bdejna nippustjawhom fl-akwarjum.  X’ħin lestejnihom l-għalliema tatna sitt ħutiet tal-plastik biex nagħmluhom wara l-akkwarju taparsi fil-baħar.  L-għalliema xtratilna żewġ biċċiet bluni taparsi l-baħar.  Jiena ħadt gost nagħmlu għax tassew ġie sabiħ u jfakkarni fil-ħarġa tagħna saċ-Ċentru ta’ l-Akwakultura.

 

Ryan Cutajar u Gordie Micallef

Year 5

 

Ħarġa sat-Torri ta’ San Luċjan

It-Torri ta' San Luċjan
Aħna morna fit-Torri ta' San Luċjan, San Luċjan huwa torri li nbena
mill-Kavallieri imma llum il-ġurnata huwa ċentru tat-trobbija tal-ħut.
Fit-Torri ta' San Luċjan kien hemm fkieren, ħut, qarnit u ħafna oħrajn.
Jien l-iktar li laqtitni kienet il-fekruna għax kienet kbira u sabiħa.
Kien hemm ħuta li jisimha Merina. Kien hemm ħuta li tistaħba taħt ir-
ramel u tiġi qisha blata.  Kien hemm ukoll qarnita kbira u żiemel il-
baħar. Rajna ukoll granċ żgħir u tgħidx kemm kien ħelu.  Dawn kienu
kollha ġo akkwarji, iżda mbagħad meta ħriġna ġo parti oħra rajna
tankijiet kbar.  Il-gwida qalilna li ġo fihom irabbu l-awrat u meta
jikbru ftit ibbidlulhom it-tank ta' l-ilma.  F'parti oħra rajna fkieren
li kienu qed jiġu ikkurati għax kienu imweġġgħin.  Jien tgħidx kemm
tħassarthom.  Meta morna f'dan iċ-ċentru mhux biss ħadt pjaċir iżda
tgħallimt ħafna wkoll.
Miktub minn Sylvianne Cassar

Ħarġa sat-Torri ta’ San Luċjan

ħut

Din is-sena fil-year 5 morna ħarġa sat-Torri ta’ San Luċjan.  Dan huwa ċentru ta’ l-Akwakultura fejn issir it-trobbija tal-ħut.  Meta wasalna l-gwida ħadna f’ sala kbira fejn kien hemm bħal tankijiet kbar bl-awrat.  Imbagħad morna f’ parti oħra fejn rajna fekruna li kellha sieqha imweġġa’ għax kienet inqabdet ġo xibka.  Din ġiet salvat minn sajjied għaliex il-fkieren huma protetti mil-liġi.  F’ kamra oħra kien hemm diversi akkwarji mimlijin b’ ħut li jsiru kulur ta’ l-ambjent li jkunu fih u bilkemm tkun tista’  tarahom.  Jien tghidx kemm ħadt gost u tgħallimt f’ dan iċ-ċentru ta’ l- akwakultura.

miktuba minn Sheldon Camilleri.

Żjara sat-Torri ta’ San Luċjan:Ċentru ta’ l-Akwakultura

Peress li t-torri ta’ San Luċjan qiegħed fir-raħal fejn noqgħodu aħna morna hemm bil-mixi.  It-torri ta’ San Luċjan huwa ċentru ta’ l-Akwakultura.  Fit-torri ta’ San Luċjan rajna ħafna fkieren u l-gwida kien spjegalna u qalilna dwarhom.  Qalilna wkoll isem ta’ fekruna li kienet imwweġġa u kellha tiġi operata.  Dawn il-fkieren jiġu salvati minn sajjieda meta jsibuhom maqbudin fix-xbieki.  Rajna ħafna affarijiet oħra fosthom it-trobbija ta’ l-awrat.  Dawn il-ħut jitqiegħdu ġo tankijiet kbar u jitkabbru fihom.  Kien  hemm diversi tankijiet u l-ħut ġo fihom kienu ta’ daqsijiet differenti.  F’parti oħra ta’ San Luċjan kien hemm ħafna aquariums b’tipi differenti ta’ ħut u kreaturi tal-baħar.  Il-gwida, bil-paċenzja kollha beda jispjegalna t-tipi differenti ta’ ħut.  It-tfal kollha ħadu nteress.  Jien l-iktar li għoġbuni kienu l-ħut li jbiddlu l-kulur skond l-ambjent u trid tagħmel sforz kbir biex tarahom għax ikunu moħbijin. 
Jien tant ħadt gost f’dan iċ-ċentru li se nerġa’ mmur mal-ġenituri tiegħi!!  
Miktuba minn Nikki Mifsud.

 wieħed mit-tankijiet tal-ħut