Archive for the '5A-M' Category

L-annimal tieghi

Hawn hafna animali imma fosthom jien inhobb il- klieb. Jien ghandi kelba u jisimha Kira. Fost il- klieb jien inhobb il- pugs . Infatti l-kelba tieghi hija pug . Hi hija ferrihija hafna u thobb tilghab mat- tfal.Jien issa drajta u xi kultant nohroga dawra. Ghandha sentejn u  disa’ xhur. Ghallkemm ghanda sentejn u disa’ xhur hija maghmula zghira hafna

miktub min Rachelle Vassallo

Il-Kultura taghna l-Maltin

       

 

 

                  Malta għalkemm hi gzira zgħira, hija magħrufa għat-tradizzjonijiet sbieħ tagħha. Fosthom insibu il-karnival li jigi ccelebrat qabel ir-Randan. Il-kelma Karnival tfisser; karne, li bit-Taljan tfisser ‘laħam’ u ‘vale’, li bit-Taljan tfisser jiswa. U jekk ngħaqdu  dan il-kliem jigi  ‘il-laħam jiswa’. Din iċ-ċelebrazzjoni hija ta’ importanza kbira fil-kalendarju Għawdxi u Malti.

 

Il-karnival jibda fil-parata  li fiha ikun hemm nies lebsin ta’ Kavallieri u jghollu tfajla li  tkun imsejħa l-għarusa. U qabel ir-regola kienet “No parata, No Carnival”.

                                  

                Snajja’ Maltin

Dawn huma xi ftit Snajja’ Malti ħidma fuq l-andar illum il-magni ħadu post ix-xogħol ta’ l-idejn ,u b’ hekk indidel il-process li bih nagħmlu  d-dqiq  mill-qamħ.iżda n-nies fl-antik ,kellhom jagħmlu kollox b’idejhom. U bl-għajnuna  tal-bhejjem.In-nies kienu jizrigħu ,jaħartu w jaħsdu.Dan kien isir b’idejhom u xi

għodod li kienu magħmulin f’Malta.Illum il-gurnata,f’Malta tant hawn djar u bini,li ġeneralment il-qamħ jiġi importat  u mhux magħmul mill-Maltin.   

Odin Mamo, Leon Camilleri, Andrew Scerri

Il-Kultura Maltija

                           IL-FESTI MALTIN

 

 

         Proġett imtella’ minn :    Danyl Azzopardi,

                                Jodie Vassallo,

                        Nigel Borg,

                        Josef Zammit,

                        Jacob Turner

 

 

kultura-004  

 

 

                     Bla dubju ta’ xejn aħna l-Maltin magħrufin għall-festi sbieħ li niċċelebraw fis-Sajf. Il-festi huma l- aktar tradizzjoni popolari mal-Maltin u għadha tigi iċċelebrata ma’ kull raħal u belt ta’ Malta. Din hi marbuta mat-twemmin qawwi reliġjuż li hu parti importanti tal-ħajja Maltija. Matul ix-xhur tas-Sajf jiġu ċċelebrati il-festi titulari tal-Qaddis patrun jew patruna tal-paroċċa partikolari. Dawn il-festi suppost jinqasmu fi tnejn il-festi ta’ barra u l-festi ta’ ġewwa jiġifieri dawk  li jiġu ċċelebrati fil-knisja. Bla dubju, l-aktar popolari huma dawk ta’ barra għaliex jinvolvu briju,storbju, kulur u sens ta ferħ fost il-poplu.

       

 

                           L-IMNARJA

 

Fl-Imnarja nsibu ħafna affarijiet tradizzjonali. Ikel tradizzjonali li nsibu  fl-Imnarja huwa l-fenek. Gewwa l-Imnarja insibu l-Għana u ż-żifna tradizzjonali. L-Imnarja niċċelebrawha fid-29 ta’ Ġunju u tfakkar il-festa ta’ San Pietru u San Pawl. It-tradizzjoni hi li kulħadd jitla’ sal-Buskett lejliet l-Imnarja. Hemmhekk ikun hemm wirjiet tal-bhejjem u logħob Malti u kulħadd isajjar xi fenek.