Kieku kont annimal kont inkun….

 

Kieku kont annimal kont inkun tigra. Jien tigra kbira u sabiħa. Jien oranġjo bit-tikekk. Jien għandi snieni twal u jaqtgħu.

 

Jien ngħix  ġo ġungla li huwa post  kbir ħafna u hemm ħafna siġar. Hemm l-ilma minn fejn  nixrob imma ikun hemm il-kukkudrilli. Hemm ħafna annimali oħra. Jien nikkaċċja l-annimali biex niekol.  Xi kultant l-annimali l-oħra jmorru jixorbu u jikluhom il-kukkudrilli.  Jien niġġieldilhom lill-kukkudrilli, u niġġieled mat–tigri u l-iljuni wkoll.  Bil- lejl ikun hemm l-annimali l-oħra jiġġieldu u jien ma nkunx nista’ norqod, u mmur niġġieled. Filgħodu x’ħin inqum immur infittex minn fejn nixrob.  Jien niekol il-laħam u ngerrem l-għadam tagħhom.  Biex niġġieled għandi, dwiefer twal, jaqtgħu u ppuntati.  Fis-sigar hemm l-għasafar u nħobb naqbadhom.

 

Jien ferħan li jien tigra għax l-annimali l-oħra kollha jibżgħu minni.

 

 

Nicholas Fenech – 5B

1 Responses to “Kieku kont annimal kont inkun….”


  • Nicholas Fenech jien Emma u din is-sena qeda mieghek. Tigri mhux tikkek dawk il Chaguar u Leopard imma vera sabiha l-istorja li amilt.

Leave a Reply