Jiena mezz ta’ trasport

Jiena karozza tal-linja.  Jiena jisimni Matt. Il-kulur tiegħi huwa isfar b’linja oranġjo.  Is–sewwieq tiegħi huwa tajjeb ħafna u jismu Ġanni.   Ir-roti tiegħi kbar u suwed.  Ġanni jieħu ħsiebi billi jagħtini nixrob il-petrol frisk kull filgħodu.  Jien inqum kmieni ħafna filgħodu, għal ħabta tal-ħamsa.  Malli nqum, jien u Ġanni mmorru nwasslu t-tfal ta’ l-iskola.  Imbagħad ngħaddu  mit-toroq kollha biex inrikkbu n-nies.  Xi nies ikunu sejrin ix-xogħol, xi wħud ikollhom il-qadi u oħrajn ikunu turisti.  Ġanni joħodni lura d-dar fid-disgħa ta’ filgħaxija u jaħsilni.  Fil-kamra miegħi jorqdu tliet karozzi oħra.  Dawn kollha sħabi u jisimhom Rita, Fredu u Mario.  

 

Mattias Caruana.

 

0 Response to “Jiena mezz ta’ trasport”


  • No Comments

Leave a Reply