Il-Festa tar-Rahal

Il-festa ta’  San Gwann hi ddedikata lill-Madonna ta’ Lourdes u ssir fl-ewwel Hadd t’ Awissu.   Fil-granet ta’ qabel il-festa, il-knisja tkun imzejna u fit-toroq jarmaw il-pavaljuni u d-dawl.   Il-banda ddoqq fit-toroq madwar ir-rahal u meta tkun ghaddejja l- banda, it -tfal  jitfghu l-karti mill-bjut u l-gallariji. Il-qubbajt hu l-ikel  tradizzjonali tal-festa u fil-pjazza tar-rahal ikun hemm il-bejjiegha tal-qubbajt.  Dak in-nhar tal-festa johorgu  l-vara  tal-Madonna  ta’ Lourdes u waqt  il-purcissjoni, il-banda takkumpanja l-vara madwar it-toroq  principali tar-rahal. Fil-granet ta’ qabel il-festa u dak in-nhar tal-festa jkun hemm il-marci.  Fil-pjazza jkun hemm il-loghob tan-nar (il-giggifogu.) Waqt li tkun  hierga l-vara tal-Madonna u waqt li tkun diehla il-vara jisparaw il-murtali.   L-ghada tal-festa kulhadd imur ghax-xalata.

Kayleigh Bugeja (5 Orchids), Isaac Grech (5 Orchids), Kim Lia  (5 Orchids), Miguel Pace (5 Orchids), Dale Vella (5 Orchids).

0 Response to “Il-Festa tar-Rahal”


  • No Comments

Leave a Reply