Ors grizzly: Bonġu panda! Kif int dalgħodu?
Ors panda: Tajjeb grazzi, għadni kemm qomt minn raqda tajba. U int?
Ors grizzly: Jien ukoll għax ma kellix aptit inqum.
Ors panda: Trid immorru nsibu x’nieklu.
Ors grizzly: Iva għax qomt bil-ġuħ.
Ors panda: Ara dik siġra tajba għall-ikel, fiha weraq aħdar u sbieħ.
Ors grizzly: Veru weraq sabiħ. Jien se nersaq lejn ix-xmara forsi naqbad xi ħuta.
Ors panda: Iva mur, issa niġi x’ħin niekol.
Ors grizzly: Owkey imbagħad noqogħdu nilagħbu flimkien.
Wara ftit tal-ħin l-ors u l-panda reġgħu ltaqgħu.
Ors panda: Grizzly qbadt xi ħuta?
Ors grizzly: Iva qbadt tnejn u kilthom ukoll.
Ors panda: Immorru nilagħbu issa jew baqagħlek il-ġuħ?
Ors grizzly: Biżżejjed, imxi niġru ħalli jinżlilna l-ikel.
Ors panda: Kemm sar ħin grizzly!
Ors grizzly: Indunajt għax erġajt fjakkajt.
Ors panda: Anke jien. Issa nieklu ikla u norqdu raqda.
Ors grizzly: Iva hekk nagħmlu.
Ors panda: Sejjer, narak wara li nqum. Saħħa!
Ors grizzly: Narak, saħħa!
Yanica Bugeja








proset yanica from melanie