Malta hija magħmula minn grupp ta’ gżejjer fil-Baħar Mediterran L-akbar tlieta fosthom biss, jiġifieri Malta, Għawdex u Kemmuna, huma abitati. L-art hija baxxa u ġeblija bi rdumijiet kostali.
Malta, bil-pożizzjoni tagħha fil-qalba tal-Mediterran, hija għaġna ta’ ċiviltajiet bi storja twila li teħodna lura eluf ta’ snin. Malta ilha abitata minn xi 5200 qK u sa minn qabel ma waslu fiha l-Feniċi li laqqmu l-gżira ewlenija Malat, jiġifieri port kenni, diġà kienet teżisti ċiviltà preistorika sinifikanti f’dawn il-gżejjer. Aktar tard, il-gżejjer servew għal sekli sħaħ bħala l-kwartieri ta’ l-Ordni tal-Kavallieri Ospidallieri ta’ San Ġwann u mbagħad bħala parti mill-Imperu Brittaniku. Il-pajjiż sar indipendenti fl-1964.
Il-gvern Malti jitmexxa mill-kap tal-partit li jġib il-maġġoranza tas-siġġijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti unikamerali.
Il-lingwa nazzjonali hija l-Malti, imma l-Ingliż huwa rikonoxxut bħala lingwa uffiċjali u bosta Maltin jafu jitkellmu wkoll bit-Taljan.
It-turiżmu huwa importanti għal Malta, imma hemm ukoll settur tas-servizzi li kull ma jmur qed jikber.
L-ikel tradizzjonali Malti jinkludi s-soppa (minestra jew aljotta), l-għaġin u t-torti. Il-platti bil-ħxejjex jew il-laħam mimli huwa tipiċi għall-kċina Maltija. L-istuffat tal-fenek nistgħu nsejħulu l-platt nazzjonali.








0 Response to “Malta”