Djalogu bejn ors Koala u ors Grizzly li qegħdin ġo zoo.

tn_1474pandaw1Koala:     L-għodwa t-tajba, annimal sabiħ.  Int x’jismek?

 

Grizzly:  Lili l-bnedmin igħiduli ors Grizzly, u int?

 

Koala:     Jiena ors Koala. Inti fejn kont toqgħod?

 

Grizzly:  Qabel ma ġejt hawn jien kont noqgħod ġo foresta kbira mhux ħażin.   Int minn fejn ġej?

             

 

Koala:     Jiena kont noqgħod fl-Awstralja. 

 

Grizzly:  Int x’tiekol?

 

Koala:     Jien niekol il-weraq ta’ l-”eucalyptus”.  Niekol xi nofs kilo weraq kuljum, u int?

              

 

Grizzly:  Jien ma nikolx weraq biss imma nħobb niekol il-laħam, ħaxix u anke ħut.  Nixrob ħafna ilma.  Meta kont fil-foresta  kont niekol xi għasel li nsib mas-siġar u naqbad il-ħut mix-xmajjar.

                 

Koala:     Illajs kemm tiekol int!  Jien ma nixrobx ilma għax l-ilma li għandi bżonn nieħdu mill-weraq tal-”eucalyptus”. 

               

Grizzly:  Xi dwejjaq hawn fil-gaġġa?  Aħjar fejn konna, x’taħseb?

 

Koala:     Fejn kont ngħix jien, kien ikun hemm ħafna nar speċjalment fis-Sajf għax isir ħafna vandaliżmu.  Ikun hemm in-nies u jqabbdu n-nar u aħna dalwaqt ninqerdu.  Mhux veru?

               

             

 

Grizzly:  Għandek raġun. Mela minħabba f’hekk qegħdin iz-zoo.  Aħna wkoll jaqbduna ħafna nies.  Nafu nkunu feroċi u nattakkaw  anke n-nies jekk idejquna.  Aħna nikbru ħafna, iktar mill-bnedmin.

              Koala:     Aħna nibqgħu żgħar.  Ara, ġejjin in-nies ikuna nieklu.  Oqgħod kwiet!

 

Grizzly:  Iva, veru sewwa qed tgħid.  Ejja nieklu, imbagħad inkomplu niddiskutu wara. Kemm għandi ġuħ!

                                                                                                                   

                                                                                                                                 Jean-Paul Vella – Year 5B

 

2 Responses to “Djalogu bejn ors Koala u ors Grizzly li qegħdin ġo zoo.”


Leave a Reply